Creado por Brigid Vella
hace más de 9 años
|
||
Pregunta | Respuesta |
Min Kienu l-Ħakkiema ta' Malta? | Pre Istorja Fenici Kartaġiniżi Rumani Biżantini Għarab Normanni Anġuvini Aragoniżi Kavallieri Franċiżi Ingliżi Malta Indipendenti |
Minn fejn ġew il-Vikingi? | Mill-Iskandinavja |
Xi bdew jissejħu l-Vikingi meta marru Franza? | Normanni (għax kienu joqgħodu fuq l-art imsejħa Normandija) |
Min kien ir-re li ta lin-Normanni biċċa art fi Franza? | Ir-re ta' Franza, Karlu III |
X'kien jissejjaħ ir-re tal-pirati? | Rollo |
X'daħħlu n-Normanni fl-artijiet li kienu jaħkmu? | * Is-sistema Fewdali * Ir-reliġjon Kattolika |
Min kien il-Konti Ruġġieru? | Kien il-kap tan-Normanni (mir-razza tal-Hauteville) Ġie Malta fl-1091 W.K. Rebaħ lill-Għarab li kienu f'Malta |
Veru jew Falz? In-Normanni iġġieldu għal Malta. | Falz Kien hemm ftehim mal-Qadi Għarbi |
X'saru l-Maltin bis-saħħa ta' dan? | Saru Tributarji tal-Konti Ruġġieru. |
X'kellhom jagħmlu kull sena l-Maltin? | Kellhom jħallsu l-Ħaraġ bil-fidda lill-Konti Ruġġieru |
Min kien Malaterra? | Patri u segretarju tal-Konti Ruġġieru |
Fejn kien joqgħod il-Kastellan? | Fil-kastell Sant' Anġlu (Castrum Maris) |
Fdal li juri li l-Għarab baqgħu jgħixu Malta taħt in-Normanni. | Il-Ħaġra ta' Majmuna |
Min qaleb għal Malti il-kitba bl-Għarbi li nsibu fuq il-Ħaġra ta' Majmuna? | L-Arkeologu Sir Temi Zammit |
Uffiċċjali tal-gvern Normann | * kaptan tal-Ħaqq * Kaptan tal-port * Bajulaċċju * Duwan * Katapan |
Fdalijiet Normanni | * Kappelli Medjevali (Bir Miftuħ) * Palazzo Falzon (Id-dar Normanna) |
Semmi leġġenda marbuta mal-Konti Ruġġieru | Meta neħħa l-mantar u ta lil Malta il-bandiera bajda u ħamra |
X'kienet tissejjaħ l-art fi żmien il-fewdaliżmu | Fewdu |
Semmi sid Fewdetarju | * Gonsalvo Monroy * Kien tirann * Għex fis-seklu 15 * Xtara lil Malta għal 30 elf fiorin * Il-mara tiegħu kien jisimha Kostanza |
Min kienu l-Aragoniżi? | Ħakkiema li ġew minn Spanja |
Min kienu l-Anġuvini? | Ħakkiema li ġew minn Franza |
Xi tfisser il-kelma Rinaxximent? | Qawmien mill-ġdid |
Personaġġi marbuta mar-Rinaxximent | Arti: Leonardo Da Vinci (Taljan) Donatello (Taljan) Michaelangelo (Taljan) Esploraturi: Marco Polo Kristofru Kolombu Amerigo Vespuċċi |
Opra ta' Arti ta' żmien ir-rinaxximent | Mona Liza |
X'ikun esploratur? | Esploratur huwa bniedem bravu u avventuruż li jfittex postijiet il-bogħod |
Meta ġew il-Kavallieri f'Malta? | 1530 |
Kelma oħra flok Sibi | Pirati Furbani Ħallelin tal-baħar |
Kruċjati | Gwerra tas-salib bejn l-Insara u l-Misilmin |
¿Quieres crear tus propias Fichas gratiscon GoConqr? Más información.